'Il-ħbiberiji fin-negozju u fil-politika jġibu problemi serji u passi immorali' - Bartolo

Evarist Bartolo jisħaq li dan hu l-aktar żmien diffiċli u ta' uġigħ li għex f'41 sena fil-politika

“Il-ħbiberiji fin-negozju u fil-politika jġibu problemi serji u passi immorali.” Hekk stqarr il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fl-aħħar minn sensiela ta’ Facebook posts b’messaġġi sottili u xi kultant metaforiċi wkoll.

Forsi dak tal-lum kien l-aktar wieħed ċar, b’Bartolo jfakkar kif f’Mejju tal-2016, meta nkixfu l-Panama Papers, fil-Parlament kien staqsa jekk “aħniex fil-politika għall-interessi personali jew għall-ġid komuni.”

“Ilni 41 sena naħdem fil-Partit Laburista, 27 minnhom bħala membru parlamentari. Ħriġt għall-aħħar seba' elezzjonijiet ħenerali u f'kull waħda minnhom tlajt minn żewġdistretti. Bħalissa nqisu l-aktar żmien diffiċli u ta' wġigħli qatt għext fil-politika. 

Bartolo qal li kemm-il darba fakkar li l-politiċi jeħtieġ joqogħdu attenti biex il-governanza demokratika ma tkunx imniġġsa u ma tkunx imħassra “minn networks sigrieti, minn networks ta’ ħbieb, minn interessi li jniġġsu l-proċess tal-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet.

More in Politika