Il-Parlament iċċirkundat u numru ta' Deputati u anke l-Kap tal-Oppożizzjoni maqbudin ġewwa

It-toroq madwar il-Parlament mimlijin nies u numru ta' Deputati maqbudin fil-Parlament

Id-Deputati maqbudin fil-Parlament
Id-Deputati maqbudin fil-Parlament

Il-binja tal-Parlament għal ħin twil kienet tinsab prattikament iċċirkondata b'nies jipprotestaw minkejja li quddiem il-Parlament għandu numru ta' saffi ta' barrikati fuq quddiem. 

In-nies li kienu qed jipprotestaw fil-fatt kienu jinsabu ma' kull parti tal-binja tal-Parlament, fosthom ħdejn Kastilja, Triq ir-Repubblika, Triq l-Ordinanza u postijiet oħrajn. Fost id-Deputati tal-Gvern li naqbdu fil-Parlament hemm il-Ministri Justyne Caruana u Michael Falzon, kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia. Mill-Oppożizzjoni anke d-Deputat Jason Azzopardi spiċċa ġewwa, apparti l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. 

Intant aktar kmieni llum l-Oppożizzjoni ħabbret illi mhux se tkun qed terġa tidħol fil-Parlament kemm idum Joseph Muiscat Prim Ministru. 

More in Politika