'Filli konna sew u kulħadd warajh, wara jumejn ġew jgħajtu, xi ħaġa ġara' - Membru tal-Kabinett

  • Ministru juri d-dispjaċir tiegħu li 'għamlulu hekk' lil Muscat 
  • Jirrakkonta kif nhar it-Tlieta Muscat kien f'qagħda naqra ħażina u mnikket bil-kbir
  • Dalgħodu rapporti illi Keith Schebri qassam ittra li fiha jitfa' l-qtil ta' Daphne fuq Chris Cardona

Membru tal-Kabinett tkellem mal-gazzetta ILLUM u wera' d-dispjaċir tiegħu għal dak li qed jiġri. "Ma ħaqqux hekk Muscat wara dak kollu li għamel," sostna dan il-membru tal-Kabinett f'sentiment li huwa komuni fost ħafna votanti Laburisti. "Dan rebbaħna l-elezzjonijet wara dak iż-żmien kollu..." 

Kien hawn li fetaħha kontra xi membri tal-Kabinett li qal illi nhar il-Ħamis "bdew jgħajjtu u jitkesħu mal-Prim Ministru, meta jumejn qabel kienu vvutaw favur tiegħu." 

Dan il-membru sostna illi hemm xi ħaġa stramba fil-fatt illi t-Tlieta, meta rreżenja Keith Schembri u Konrad Mizzi kif ukoll issospenda lilu nnifsu il-Ministru Chris Cardona, kulħadd kien wara l-PM "imma jumejn wara kien hemm numru ta' membri tal-kabinett bdew jagħajjtu u jheddu li se jirreżenjaw."

Fost dawn isemmli lill-Ministru Chris Ferane li jgħid illi għamilha ċara li hu mhux se jibqa' jekk kollox jibqa' kif inhu. 

Dan l-istess membru tal-kabinett jgħid ma' dan is-sit illi nħar it-Tlieta Muscat kien f'qagħda naqra ħażina għal xi ħin tant li f'ħin minnhom, mar f'kamra oħra ma' Deo Debattista, tabib. 

Illum iżda, fuq The Sunday Times kien irrapportat li ħafna mir-rabja qamet għaliex jidher li Keith Schembri qassam ittra lill-investigaturi li kienet titfa' l-ħtija tal-qtil ta' Dapphne Caruana Galizia. Dan il-fatt qajjem pandemonju fil-Kabinett bi Chris Cardona saħansitra jitlob il-protezzjoni mill-Parlament. 

Din il-protezzjoni ma ngħatatx. 

More in Politika