Jibqa' Prim Ministru jew jitlaq ... jitlaq issa jew f'Jannar! Ix-xenarji li jistgħu jseħħu llum

Jew jibqa', jew jitlaq imma jibqa' sa Jannar, jew jitlaq issa u min ikun interim? Dak li jista' jiġri llum

Minkejja li diversi rapporti, inkluż fuq dan is-sit qed jirrapportaw illi Muscat lest biex jitlaq, dan mhuwiex xenarju li qed jiġri waħdu u dalgħodu nistgħu nistennew diversi possbilitajiet. Fil-qosor ħafna, dan is-sit jagħti ħarsa lejn dak li jista' jseħħ fil-ħin li ġej u dak li jista' jkun deċiż. 

Jibqa' Prim Ministru: Xenarju li jixtiquh ħafna Laburisti huwa li Joseph Muscat jibqa' Mexxej Laburista u Prim Ministru. Jekk dan isir jista' jkollna żewġ effetti: Il-Partit Laburista jibqa' popolari u biċ-ċans kbir li jibqa' jirbaħ. Dan iżda jibqa' hekk sakemm ma jintmissx il-Prim Ministru f'dan iċ-ċirku ta' ħmieġ u qtil li qed jissemma' u li fiċ-ċentru tiegħu għandu lil Yorgen Fenech. Minkejja dan, Fenech diġa implika lil Keith Schembri  bħala l-mandant bi Schembri jqatta' sigħat arrestat. Minkejja li nħeles, ma nafux għaliex, x'ġara, għalfejn u x'intqal. Kollox inżamm mistur. 

Minħabba dan, ma nafux eżattament x'se jiġri fil-futur u lanqas nafu jekk Keith Schembri hux se jerġa ikun implikat jew hux se jingħata l-maħfra presidenzjali biex jikxef dak li qal li se jikxef dwar Keith Schembri. Lanqas nafu, għalkemm l-indikazzjonijiet diġa qed juru li hemm se mmorru, jekk Fenech jimplikax ukoll lil Muscat għax vera jkollu informazzjoni dwaru jew inkella f'attentat biex iniżżel l-eġemonija Laburista kollha f'daqqa. 

Dan ifisser li jekk jibqa' Muscat xorta se jibqa' jiffaċċja inkwiet, speċjalment ukoll meta tinkixef ta' min hi Macbridge. 

Dawn huma kollha riskji li kull tant jerġgħu jitfgħu lill-pajjiż u lill-Partit Laburista fi kriżi kbira politika bħal din ta' bħalissa. 

Jaf Muscat qed jagħmel dan il-kalkolu, imma jaf ukoll qed jagħmel il-kalkolu illi jekk jissopravivi wara din il-kriżi jista' jegħleb kull tip ta' għawġ. 

Muscat iħabbar issa u jitlaq f'Jannar: Sa issa jidher illi Muscat se jieħu din it-triq li tagħmel ħafna sens għal fini ta' tranżizzjoni fil-partit. Dan huwa kalkolu li Muscat u l-Grupp Parlamentari biss jistgħu jagħmlu f'dan il-punt għaliex huma probabilment jafu x'se jiġri jew x'jista' jiġri fiż-żmien li ġej. Jekk l-affarijiet jibqgħu l-istess tagħmel sens li jibqa' sa Jannar, jekk jiggravaw, se jiggravaw għall-partit kollu. 

Muscat jitlaq issa: L-inqas xenarju mixtieq mill-Laburisti huwa dan. Minkejja kollox, dan ix-xenraju jista' jseħħ jekk il-Grupp Parlamentari jagħmel pressjoni biex fil-fatt dan iseħħ, minħabba l-biża' li s-sitwazzjoni tiggrava jew iktar minn hekk li jkun implikat Muscat f'xi ħaġa. 

Apparti d-dannu lill-partit din taffetwa ukoll tiġrija fil-Partit Laburista, hekk kif il-kandidati jispiċċaw iwieġbu għal żviluppiqpolitiċi li jkunu wed jiġru dak il-ħin iktar milli l-futur. Din diġa' se tiġri u żgur li parti minn din it-tiġrija prosepttiva se ddur fuq l-avvenuimenti ta' issa. 

Jekk Muscat ikun għadu hemm u ddur fuqu, it-tiġrija ddur kollha fuq hekk. 

Min jista' jkun interim jekk iseħħ l-aħħar xenarju? Hemm bosta għalkemm jidher li jistgħu jkunu: Chris Fearne, Louis Grech, Evarist Bartolo jew Edward Scicluna.

More in Politika