Filmat | Yorgen Fenech jitla' l-Qorti akkumpanjat mill-Avukati tiegħu

Yorgen Fenech ittella' mhux taħt arrest tant li ma kienx akkumpanjat mill-Pulizija

Yorgen Fenech, is-sid tal-kumpanija 17 Black, tela' l-Qorti akkumpanjat mill-Avukati tiegħu mingħajr l-ebda preżenza ta' Pulizija.

Fil-fatt, Fenech daħal il-Qorti mhux taħt arrest fejn jidher li se jkun diskuss il-Każ Kostituzzjonali li fetaħ ilbieraħ biex l-Ispettur Keith Arnaud ma jibqax imexxi hu l-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

Fenech ingħata l-ħelsien mill-arrest dalgħodu wara li għaddew it-48 siegħa li matulhom persuna tista' tinżamm arrestat.

Aktar dettalji kif jaslulna.

 

More in Politika