Schembri kien jaf bid-dettalji tal-investigazzjoni tas-Servizzi Sigrieti dwar Yorgen Fenech

Tkompli ħierġa aktar informazzjoni dwar Yorgen Fenech u l-investigazzjoni fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia

Keith Schembri kien jaf b'dettalji fuq l-investigazzjoni li kienet qed issir mill-Malta Security Service, li kienet diġà qed timmira lejn Fenech bħala wieħed mill-persuni li qatlu lil Daphne Caruana Galizia.

Dan ifisser li Schembri kien jaf fejn qed tmur din l-investigazzjoni fuq Fenech illi jidher li allega mal-pulizija illi Schembri kien ipprova jorganizzalu l-ħarba minn Malta għad-Dubaj, inċidentalment fil-pajjiż fejn kienet miftuħa l-kumpanija 17 Black. 

Fenech, sid 17 Black u negozjant kbir, qed jisħaq illi jrid il-maħfra Presidenzjali biex jikxef lil Keith Schembri eks Chief of Staff tal-Prim Ministru. Fl-aħħar sigħat irriżulta li Fenech qed jippunta subgħajh lejn Schembri u jisħaq illi hu l-mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. 

(Din l-istorja qed tkun aġġornata)

More in Politika