Jason Azzopardi, l-avukat tal-familja ta' Daphne, b'allegazzjoni gravi li Schembri ħallas għall-qtil

Id-Deputat Nazzjonalista b'allegazzjoni gravi illi Keith Schembri li għadu fid-Depot, ħallas biex tinqatel Daphne Caruana Galizia

Il-Kelliem tal-PN għall-Ġustizzja Jason Azzopardi
Il-Kelliem tal-PN għall-Ġustizzja Jason Azzopardi

Id-Deputat Nazzjonalista u avukat tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia Jason Azzopardi għamel allegazzjoni gravi fuq Keith Schembri li bħalissa qed ikun interrogat mill-pulizija fid-Depot. 

Azzopardi, allega, f'messaġġ fuq Faebook, illi Schembri kien parteċipi fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, billi ħallas għal dan il-qtil flimkien ma' oħrajn. Din fil-fatt kienet diċerija li bdiet ddur ilbieraħ iżda li ħadd m'għamel b'xi mod pubbliku. 

Fil-messaġġ tiegħu huwa qal li se jieħu responsabilità ta' din l-allegazzjoni serja f'dan il-mument sensittiv fix-xenarju politiku lokali.

Dan is-sit bagħat mistoqsijiet lill-Partit Laburista li sa issa għadhom mhux imweġbin. L-illum.com.mt talab lill-partit jirreaġixxi għal din l-allegazzjoni serja. 

Minkejja li ma stajniex nagħmlu kuntatt ma' Azzopardi mas-sit maltatoday.com.mt Azzopardi sostna li mbux se jagħti aktar kummenti apparti minn dak li kiteb fuq Facebook. 

F'Novembru 2018 l-Ispettur fl-investigazzjoni tal-assasinju ta' Daphne Caruana Galizia kien akkuża lil Azzopardi bi spekulazzjoni meta dan kien qal illi s-suspettati kienu infurmati bl-arrest tagħhom qabel fil-fatt seħħ. 

More in Politika