'Sitt snin għamilt tipproteġih, mela int kompliċi. Barra!' - folla kbira u rrabjata tipprotesta

L-akbar protesta ta' Repubblika sa issa fi Pjazza Kastilja, fost għajjat mill-folla kbira ta' "ħallelin", "mafja", "korrotti" u "maħmuġin"

Parti mill-folla fuq quddiem fil-protesta | Ritratt James Bianchi
Parti mill-folla fuq quddiem fil-protesta | Ritratt James Bianchi

Quddiem folla kbira ta’ nies li mlew Pjazza Kastilja, l-akbar protesta ta’ Repubblika f’dawn il-ġimgħatejn, l-attivist Manuel Delia sostna li Muscat huwa kompliċi ma’ Keith Schembri u Konrad Mizzi. “Għamilt sitt snin tipproteġi lill-kriminali ta’ madwarek u trid tibqa’ tipproteġihom. Għamilt lejl illberaħ tikkonfoffa miegħu ,” qal f’referenza għal-laqgħa li saret bejn Keith Schembri u Joseph Muscat dan il-lejl f’Burmarrad. “Inti kont wieħed minnhom, inti kompliċi magħhom u trid titlaq magħhom,” sostna Muscat. “Ħamartilna wiċċna mad-dinja imma d-dinja se tara li aħna rridu s-sewwa,” qal f’tonalità ta’ twissija.

Għall-folla kbira preżenti u li mliet Pjazza Kastilja Delia qal, “ara fhiex ġibtu pajjiż! Kellna pajjiż normali. Imma int ġibtu pajjiż immexxi mill-mibgħeda. Tant kienet il-mibgħeda li spiċċajtu qtiltu waħda minnha,” sostna Delia. “U waħħaltu fit-tfal tagħha ... ara x’għamiltu lil dan il-pajjiż.” Huwa akkuża lil Muscat bi tradiment u sostna illi Musat tradixxa lill-poplu. “Imma l-aktar li tradejt kienu lill-Laburisti li vvutawlek, lil dawk li ħasbu li inti trid il-ġid lil pajjiżna,” qal Delia.

Huwa akkuża lill-Gvern illi nxtara. “Inxtrajtu biex tajtu tliet sptarijiet, inxtrajtu wwara l-viljakkerija tal-viżas lill-Libjani,” sostna Delia f’liema punt qal li ta’ Neville Gafa’ għadha ġejja.

Irrefera għal Cardona bħala “għażżien, sakranazz u ħawwadi “ u qal li Daqphne qabditu s*rmu barra.

Għal bosta drabi Delia appella “barra, Muscat, barra.”

Tkellem lpeks xandar David Thake li sostna illi “din kienet ir-roadmap, kemm se jixxaħmu u kemm se jisirqu,” sostna. 

Ritratt | Jaqmes Bianchi
Ritratt | Jaqmes Bianchi

Hu, għal diversi drabi, rrefera għal Ministri u Prim Ministru bħala "ġrieden" u "ħallelin" u qal illi biex jinħeba kien żied Alan f’ismu biex ġie, Keith Alan Schembri.

(Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)

More in Politika