Kriżi politika: Wara Keith, jirriżenja Konrad Mizzi u Chris Cardona jissospendi lilu nnifsu

Il-Ministru Konrad Mizzi jirriżenja u miegħu Chris Cardona jissospendi lilu nnifsu

Konrad Mizzi se jkun qed jirriżenja minn Ministru għat-Turiżmu ftit wara illi Keith Schembri rriżenja dalgħodu filwaqt illi kien jew qed ikun interrogat mill-pulizija. Mhuwiex ċar fuq liema suġġett qed ikun interrogat Schembri. 

Intant Mizzi se jkun qed jirriżenja wara li Daphne Caruana Galizia kixfet il-kumpanija fil-Panama ta' Konrad Mizzi, Hearnville. Din il-kumpanija bħal ta' Schembri, hija marbuta mal-kumpanija 17 Black li sidha Yorgen Fenech huwa wieħed mis-suspettati fil-qtil ta' Caruana Galizia. 

Minkejja li rriżenja minn Ministru, Konrad Mizzi se jibqa' Deputat Parlamentari. 

Imma mhux dan biss. Il-Ministru Chris Cardona, li sa nhar is-Sibt kien fid-Depot jirrispondi mistoqsijiet tal-pulizija, ukoll se jkun qiegħed jirriżenja bili jissospendi lilu nnifsu.Mhux ċar dan xi jfisser imma li hu żgur huwa li għalissa Cardona mhux se jibqa' Ministru. 

Dawn l-iżviluppi qed jimmarkaw dik li tista' titqies bħala l-agħar kriżi politika li spiċċa fiha l-Gvern Laburista f'sitt snin. 

Dawn l-iżviluppi politiċi qed iseħħu ftit wara l-arrest ta' Yorgen Fenech, sid 17 Black u negozjant kbir. 17 Black hija kumpanija rreġistrata d-Dubaj u minnha kellhom jgħaddu flus għal kumpaniji fil-Panma ta' Keithy Schembri u Konrad Mizzi. 

More in Politika