Aġġornata | Il-President jiffirma l-maħfra Presidenzjali lill-allegat intermedjarju

Fil-Parlament, Muscat qal li l-investigazzjonijiet mexjin b'ritmu mgħaġġel u jkunu konklużi "fis-sigħat u l-jiem li ġejjin"

Il-Prim Ministru Joseph Muscat irrakkomanda li Melvin Theuma, l-allegat intermedjarju fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jingħata l-maħfra Presidenzjali.

Aktar tard, fil-Parlament, il-Prim Ministru kkonferma li l-President laqa' r-rakkomandazzjoni u ffirma l-maħfra Presidenzjali.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Prim Ministru qal li ffirma ittra li fiha kkommetta ruħu li jirrakkomanda l-maħfra, jekk l-ewwel, Theuma jikxef l-informazzjoni kollha li għandu.

Dan ifisser, li jista’ jkun li fl-aħħar jiem, Theuma għadda din l-informazzjoni lill-Pulizija.

Fil-Parlament, Muscat qal li l-investigazzjonijiet mexjin b'ritmu mgħaġġel u jkunu konklużi "fis-sigħat u l-jiem li ġejjin."

More in Politika