Fearne jitlob inkjesta maġisterjali wara inċident f'sala tal-operazzjonijiet

F'dan l-inċident weġgħet mara ta' 58 sena

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne talab inkjesta maġisterjali wara inċident fl-isptar Mater Dei.

Jidher li l-inċident seħħ f’sala tal-operazzjonijiet fl-isptar Mater Dei.

F’dan l-inċident weġgħat mara ta’ 58 sena.

Dwar il-każ għadhom ma ngħatawx aktar dettalji, ħlief rapport fuq The Times of Malta li jgħid li l-mara ‘waqgħet’ minn fuq is-sodda tal-operazzjoni.

More in Politika