'M'aħna se nħallu lil ħadd iġib ruħu qisu l-protesta organizzaha hu' - Repubblika

Robert Aquilina jisħaq illi Repubblika mhi se toġġezzjona għall-preżenza ta' ħadd, fil-protesta ta' għada lanqas Deputat tal-Gvern, imma sostna ... 

Ritratti ta' Daphne Caruana Galizia waqt dimostrazzojoni fil-Belt Valletta
Ritratti ta' Daphne Caruana Galizia waqt dimostrazzojoni fil-Belt Valletta

Għall-mistoqsijiet ta' dan is-sit, Robert Aquilina mill-għaqda Repubblika ppreċiża li Repubblika ma stiednet lill-ebda politku speċifiku biex jattendi għall-protesta li ser issir għada kontra l-korruzzjoni, hi x'inhi l-affiljazzjoni politika tiegħu. Hu kien qed jirrispondi mistoqsijiet fid-dawl tal-fatt li l-Partit Nazzjonalista u speċifikament Adrian Delia, li kien fil-mira ta' kritika minn Repubblika u minn Daphne Caruana Galizia wkoll, se jkun qed jttendi għall-protesta ta' għada. 

"Li kieku deputat tal-gvern jiddeċiedi li jattendi l-protesta biex jiġġieled il-korruzzjoni f’pajjiżna, aħna żgur ma noġġezzjonawx għall-preżenza tiegħu."

Minkejja dan Aquilina qal ukoll li dan ma jfissirx "li ser inħallu li xi ħadd jew lil xi organizzazzjoni iġġib ruħha bħallikieku l-protesta tagħna qed jorganizzha hu.Min jattendi hu marbut li jassigura li tkun osservta l-buon-ordni u li ma joħnoqx l-ispirtu tal-protesta tas-soċjeta’ ċivili."

Delia ħabbar li se jkun qed jattendi flimkien ma' delegazzjoni mill-Partit Nazzjonalista iktar kmieni din il-ġimgħa wara li ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri waqqa' libell li kien fetaħ kontra lpks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil. 

More in Politika