Micallef u Engerer jitolbu għar-riżenja ta' dawk li vvutaw għall-permess tal-Qala

 ... dan ifisser li qed jitolbu wkoll għar-riżenja tad-Deputat Laburista Clayton Bartolo mill-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar

Il-kwistjoni tal-permess fil-Qala għal villa minflok binja qed taqa', skont policy tal-2014 qed tieħu sfumaturi iktar politiċi hekk kif l-eks Segretarju Ġenerali u Chairman tal-ONE Jason Micallef talab għar-riżenja ta' dawk kollha fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li vvutaw favur dan l-iżvilupp. 

Micallef qal illi jilqa' b’sodisfazzjon kbir l-aħbar u d-deċiżjoni tal-iżviluppatur li jirrinunzja l-permess għalkemm sostna li dan il-każ jimmerita r-riżenja ta' dawk kollha li vvutaw favur l-approvazzjoni ta' dan il-permess. "M'hemmx mod ieħor. Għax l-ewwel u l-aqwa interess li għalih twaqqfet l-Awtorità tal-Ippjanar kien dak li fid-deċizjonijiet tagħha ġġib l-interess taċ-ċittadin u l-pajjiż, l-ewwel u qabel kollox."

Jaqbel miegħu ftit wara kien hemm l-eks Kandidat Laburista Cyrus Engerer li sostna illi fl-awtorità tal-Ippjanar "nies b'sinsla hemm bżonn."

Cyrus Engerer
Cyrus Engerer

Dawk li vvutaw kienu: Elizabeth Ellul, Duncan Mifsud, Jaqueline Gili, Joseph Brincat, Clayton Bartolo, Karl Attard u Alfred Pulè

More in Politika