Wara l-kwistjoni tal-Qala Clayton Bartolo jappella għall-bidla fil-policy 'kemm jista' jkun malajr'

Id-Deputat Laburista u membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar Clayton Bartolo, jappella għal bidliet fil-policy li qajmet għagħa u rabja fl-aħħar jiem

Clayton Bartolo
Clayton Bartolo

Id-Deputat Laburista u membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar Clayton Bartolo għamel appell lill-Ministru Ian Borg u lill-Awtorità tal-Ippjanar stess biex "kemm jista' jkun malajr" ibiddlu l-policy li tippermetti illi kmamar jew binjiet żgħar fil-kampanja  jistgħu jinbidlu f'residenzi jekk tingħata prova li kienu residenzi qabel l-1978.  Din il-policy iddaħħlet fl-2014, mill-Gvern preżenti. 

Dan qalu wara li ftit tal-ħin ilu wara li l-kuntrattur Joseph Portelli ħabbar li se jabbanduna l-iżvilupp li dwaru hemm permess. 

"Matul dawn l-aħħar jumejn kont suġġett għal ħafna kritika minħabba l-vot fuq applikazzjoni barra ż-żona ta’ żvilupp fil-Qala, Ghawdex. Vot li, għalkemm approva tip ta’ żvilupp li bħalu ġie approvat fuq bosta siti oħra madwar Malta u Għawdex, xorta waħda ġie taħt skrutinju qawwi mill-pubbliku ġenerali, liema skrutinju allura huwa indikattiv ta’ ċertu sentiment ta’ skuntentizza li qed jirriżultaw mir-reġim ta’ policies kurrenti."

"Se nagħmel ħilti sabiex, fejn hu possibbli, dan il-proċess jitħaffef mingħajr dewmien żejjed," wiegħed Bartolo.

More in Politika