Baġit | Estiżi diversi skemi dwar il-vetturi u l-iskrappjar

L-għoti ta' grant għal min jaqleb il-vettura tiegħu biex taħdem bil-gass minflok bil-petrol hija ta' €200

Fil-Baġit għas-sena d-dieħla tħabbar ukoll li se jibqgħu jiġu eżentati minn kull taxxa ta' reġistrazzjoni dawk li jixtru karozzi elettriċi jew elettriċi ibridi.

Se tiġi estiza wkoll għotja fuq roti u roti elettroniċi li hi ekwivalenti għal refund sħiħ tal-VAT.

Estiża wkoll l-iskema għax-xiri ta' muturi, scooters u roti assistiti b'mutur tal-elettriku għal massimu ta' €400.

Skemi ta' skrappjar tal-vetturi

Se jiġu estiżi l-iskemi ta' skrappjar ta' vetturi, bl-għotja tvarja skont kemm tniġġes il-vettura l-ġdida.

Vettura li tniġġes l-inqas, il-grant tkun ta' €1,500.

L-għoti ta' grant għal min jaqleb il-vettura tiegħu biex taħdem bil-gass minflok bil-petrol hija ta' €200.

Il-Ministru ħabbar ukoll li l-Gvern se jkun qed jara li b'mod gradwali kull pompa tal-petrol tkun attrezzata biex karozzi elettriċi jkunu jistgħu jiċċarġjaw il-batterija tagħhom u anke biex jaqdu lil dawk il-vetturi li jaħdmu bil-gass.

More in Politika