Baġit | Xiri ta' karozzi, dgħajjes u proprjetà bi flus kontanti u li jaqbeż l-€10,000 mhux permess

F’dan il-pjan insibu t-twaqqif ta’ aġenzija ġdida magħrufa bħala Financial Organised Crimes Agency. 

Waqt id-diskors tal-Baġit il-Ministru Edward Scicluna ħabbar illi mis-sena d-dieħla mhux se jkun possibbli li jsir ħlas bi flus kontanti fuq oġġetti ta' valur bħal dgħajjes, proprjetà, karozzi, jottijiet, djamanti, ħaġar prezzjuż u oġġetti ta’ arti li jaqbeż l-€10,000.

Apparti minn dan hu ħabbar li l-Gvern se jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport MoneyVal u li taħt il-koordinament tan-National Coordination Committe, diġà sar pjan dettaljat ta’ kif dawn l-azzjonijiet se jiġu mwettqa minn 20 awtorità. 

F’dan il-pjan insibu t-twaqqif ta’ aġenzija ġdida magħrufa bħala Financial Organised Crimes Agency. 

Apparti minn hekk il-Ministru ħabbar investiment fil-Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malti fosthom f’apparat modern u taħriġ kontinwu lill-membri tiegħu. Scicluna qal li matul s-sena li ġejja, se jitkompla l-programm ta’ rrinovar fil-Faċilitajiet Korrettivi apparti li se jsir proġett pilota sabiex priġunieri jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-electronic tagging.

More in Politika