Baġit | 'Ma neskludux li nsaqqfu t-Teatru Rjal'

Fil-2013 it-teatru reġa nfetaħ bħala spazju artistiku fuq il-pjanijiet ta' Renzo Piano.

Waqt id-diskors tal-Baġit il-Ministru Edward Scicluna ħabbar li se jibda proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-ispazju li llum fih hemm Pjazza Teatru Rjal fil-Belt Valletta.

Scicluna qal li l-Gvern mhux jeskludi li dan it-Teatru jkun imsaqqaf.

It-Teatru Rjal, magħruf ukoll bħala r-Royal Opera House, inbena fl-1866 fuq disinn ta’ Edward Middleton Barry. Dan it-Teatru kien inħaraq fl-1873 u reġa' nfetaħ għall-pubbliku fl-1877. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija dan it-Teatru intlaqat mill-bumbardament tal-għadu. 

Fil-2013 it-teatru reġa nfetaħ bħala spazju artistiku fuq il-pjanijiet ta' Renzo Piano.

More in Politika