Baġit | Trasport pubbliku b'xejn għall-anzjani li għandhom aktar minn 75 sena

'Il fuq minn 19,000 anzjan ser igawdu minn din il-miżura

Il-Ministru Edward Scicluna ħabbar ukoll li mis-sena d-dieħla, it-Trasport Pubbliku b'xejn se jingħata wkoll anke lil dawk l-anzjani li jagħlqu l-75 sena.

F'kummenti lill-midja qabel il-baġit, kemm il-Prim Ministru u anke l-Ministru saħqu li dan huwa pass ieħor biex it-trasport pubbliku isir b'xejn għal kulħadd.

'Il fuq minn 19,000 anzjan ser igawdu minn din il-miżura.

More in Politika