Ferris jallega li l-Ministeru tal-Intern talab dettalji sensittivi dwar każ li kien qed jinvestiga

Huwa qed jargumenta wkoll li fid-dawl tal-119-il persuna li ġew  aċċettati lura fil-Korp tal-Pulizija ma jistax jifhem għaliex huwa ma kienx aċċettat.

L-eks Spettur tal-Pulizija u tal-FIAU Jonathan Ferris qal fil-Qorti li, l-Ministeru tal-Intern kien talab għal dettalji sensittivi dwar każ li hu kien qed jinvestiga. Huwa żied jgħid li din it-talba kienet saret minn personu mis-segretarjat tal-Ministeru li talbu aktar dettalji dwar il-każ.

Ferris, eks-Spettur tal-Pulizija li jispeċjalizza f'każi ta' frodi, kien mkeċċi mill-Financial Intelligence Analysis Unit f'Ġunju 2017, ftit biss wara li kien beda.  

Kaġun t’hekk huwa fetaħ proċeduri Kostituzzjonali kontra l-Kummissarju tal-Pulizija u qed isostni li r-reżistenza biex jingħata l-impjieg lura mal-Korp tal-Pulizija tiksirlu d-drittijiet tal-bniedem tiegħu. 

Huwa qed jargumenta wkoll li fid-dawl tal-119-il persuna li ġew  aċċettati lura fil-Korp tal-Pulizija ma jistax jifhem għaliex huwa ma kienx aċċettat.

 L-Avukati Andrew Borg Cardona, Therese Comodini Cachia, Jason Azzopardi u Evelyn Borg Costanzi dehru għall-Ferris.

More in Politika