Il-maġġoranza tal-Maltin ma jaqblux mal-bejgħ tal-passaporti

Sondaġġ tal-MaltaToday juri kif 56.3% tal-Maltin huma kontra dan il-programm

Il-maġġoranza tal-Maltin huma kontra l-bejgħ tal-passaporti lill-persuni barranin sinjuri u dan skont sondaġġ tal-MaltaToday li żvela kif 56.3% huma kontra l-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment.

Mistoqsija x’jaħsbu dwar il-bejgħ tal-passaport Malti, 33.5% biss ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ qalu li jaqblu.

Kif mistenni, l-aktar li ma qablux ma’ dan il-programm kienu dawk li fl-2017 ivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Minn dawn, 85.3% wieġbu li ma jaqblux filwaqt li 9.8% qalu li jaqblu.

Madanakollu, fost il-Laburisti, 31.4% qalu li ma jaqblux mal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment.

L-aktar li ma jaqblux huma dawk li għandhom bejn it-18 u l-35 sena. Fost dawn, 65.7% qalu li ma jaqblux.

More in Politika