Sewwieq ta' mutur jitlef il-kontroll u jaħbat ma' żewġ vetturi pparkjati

Miegħu kien hemm passiġġier u t-tnejn li huma ddaħħu l-Isptar

Żewġt irġiel qed isofru minn ġrieħi gravi wara inċident li seħħ fi Triq J.F. Kennedy, San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax neqsin għaxra.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li raġel Taljan ta’ 44 sena residenti San Pawl il-baħar tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuquħabat ġo żewġ vetturi li kienu wieqfa fil-ġenb tat-triq. 

Flimkien miegħu kien hemm raġel Taljan ta’ 27 sena li wkoll sofra xi ġrieħi. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u permezz t’ambulanza, biż-żewġ persuni jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġew iċċertifikati li qegħdin isofru minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Politika