'M'hemmx bażi għal investigazzjoni fl-għoti tal-konċessjoni lill-VGH' - Il-Qorti

Il-Qorti tal-Appell iddawwar sentenza tal-ewwel Qorti u tiddeċiedi li m'hemm ebda bażi għal investigazzjoni fit-trasferiment tat-tliet sptarijiet lill-VGH

Il-Qorti tal-Appell rrevokat sentenza tal-ewwel qorti u ddeċidiet li m’hemm ebda bażi għal investigazzjoni dwar it-trasferiment tat-tliet sptarijiet lill-kumpanija VGH.

Il-kawża miftuħa minn Repubblika talbet inkjesta biex tistabbilixxi jekk kienx hemm kompliċi kriminalment il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, il-Minsitru għat-Turiżmu Konrad Mizzi u/jew l-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona. Apparti dawn kienu wkoll talbu li ssir investigazzjoni fuq jekk id-Direttur maniġerjali tat-Technoline Ivan Vassallo kienx ta lill-investituri wara l-VGH vantaġġ fil-proċess tal-għażla. 

Wara spjega dettaljata tad-diversi tragwardi f'dan il-każ il-Qorti kkritkat il-fatt li Repubblika kienu qed jerġgħu jintroduċu rapporti fil-Qorti li hi kienet ordnat li jitneħħew mill-ka. 

Il-Qorti qalet li l-Ministri kellhom raġun jilmentaw dwar ħelsien irregolari ta' dokumenti lil Repubblika u lill-midja. 

 Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti tal-Appell sostniet li d-deċiżjoni tal-ewwel qorti li għandha ssir inkjesta fl-in genere kienet magħmula b’nuqqas li ma setax jitqies li huwa wieħed ta’ ftit importanza, iżda ta’ importanza kbira. Għalekk sostniet li l-Qorti am setgħetx tasal għall-konklużjoni li waslet. 

 

Intant il-Ministru Konrad Mizzi sostna f'messaġġ fuq Twitter li din id-deċiżjoni turi kif il-verità tirbaħ fuq dik li sejħilha 'spekulazzjoni u spin'. 

More in Politika