Titħabbar il-mewt taċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir

Martin Micallef kien ilu sentejn fil-kariga

Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ ċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir, Martin Micallef.

Micallef tilef ħajtu matul il-lejl li għadda.

Huwa kien ilu fil-kariga aktar minn sentejn.

 Micallef kien impjegat tal-PBS u kellu esperjenza twila ta’ aktar minn 40 sena fl-oqsma tax-xandir lokali u internazzjonali. 

Kien ukoll eeeeeSegretarju Ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ tal-Italja f’Malta.

More in Politika