Ritratti | Attivitajiet favur u kontra l-abort fil-Belt Valletta

Dik favur l-abort kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f'Malta

Illum waranofsinhar, fil-Belt Valletta, għadd ta' attivisti favur u kontra l-abort inġabru fil-Belt Valletta biex jsemmgħu leħinhom favur dak li jemmnu fih.

Attivisti kontra l-abort inġabru fi Triq ir-Repubblika, fl-istess ħin li attivisti favur l-abort, organizzaw rally fi Ġnien Hastings fil-Belt Valletta wkoll.

Il-protesta organizzata mill-grupp Pro-Choice Malta, flimkien ma' Doctors for Choice, kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f'Malta.

Attivisti kontra l-abort, żammew f'idejhom tabelli b'diversi messaġġi fosthomm biex jisħqu li d-drittijiet tan-nisa jibdew mill-ġuf waqt li jiddeskrivu l-abort bħala massakru.

Fost l-attivisti kontra l-abort preżenti kien hemm rappreżentanti minn Pro Malta Christiana, Gordon John Manche minn River of Love u Matthew Grech li jisħaq li ma baqax omosesswali wara li attenda l-laqgħat ta' talb organizzati mir-River of Love.

Fl-istess ħin, fi Ġnien Hastings, kienet għaddejja l-attività organizzata minn dawk favur li l-abort ma jibqax meqjus reat kriminali.

Tul din l-attività tkellmu nisa li wettqu abort u li insistew li l-mara għandu jkollha dritt li tiddeċiedi hi fuq ġisimha. Saħqu li bl-insistenza u bl-esperjenzi tagħhom jistgħu jwasslu biex aktar nies jifhmu għalfejn l-abort għandu jsir legali, anke f'Malta.

Attivisti favur li l-abort isir legali f'Malta

Attivisti favur l-abort fil-Belt Valletta

More in Politika