Ajruplan tal-Air Malta involut f'inċident

Il-pont li minn fuqu jgħaddu l-passiġġiera biex jirkbu laqat l-ajruplan

Ajruplan tal-Air Malta li kellu jħalli l-Ajruport ta’ Gatwick f’Londra għal Malta llum waranofsinhar (KM117) kien involut f’inċident.

Skont stqarrija tal-Air Malta, il-pont li minn fuqu jgħaddu l-passiġġieri biex jirkbu laqat l-ajruplan.

L-ajruplan kien wieqaf fil-ħin tal-inċidentn u ma jidher li weġġa' ħadd.

Bħalissa, inġiniera qed jiċċekjaw l-ajruplan bil-għan li t-titjira tkun tista’ titlaq.

Il-Linja tal-Ajru spjegat li ma kien hemm l-ebda titjira oħra tagħha li kellha tittardja kawża ta’ dan l-inċident.

More in Politika