Il-Kummissarju Ewropew ifaħħar is-solidarjetà ta' Malta mal-immigranti

Dan waqt laqgħa mal-President ta' Malta George Vella

Il-President George Vella laqa’ lill-Kummissarju Ewropew għall-Migrazzjoni, l-Intern u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos u anke lill-Ministru għall-Intern Franċiż Christophe Castaner.

Il-laqgħat saru qabel beda s-summit ta’ ġurnata dwar l-immigrazzjoni u li għalih qed jattendu diversi Ministri għall-Intern tal-Unjoni Ewropea.

Waqt il-laqgħa, il-Kummissarju Avramopoulos faħħar l-impenn ta’ Malta għall-ħidma tagħha dwar l-immigrazzjoni u anke għar-responsabbilità u s-solidarjetà li dejjem uriet.

Min-naħa tieħu, il-President Vella rringrazzja lill-Kummissarju għax fi kliemu dan dejjem fehem is-sitwazzjoni f’Malta u anke għall-ħidma tiegħu biex din il-kriżi tkun kemm jista’ jkun maqsuma bejn il-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Franċiż ukoll faħħar il-ħidma ta’ Malta waqt li tenna li s-soluzzjoni ma għandhiex tkun ta’ pajjiż wieħed waħdu iżda tittieħed fuq livell Ewropew.

Fiż-żewġ laqgħat, il-President Vella saħaq dwar il-fatt li s-sitwazzjoni fil-Libja tibqa’ wkoll ċentrali fis-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fil-Mediterran.

More in Politika