Il-PM Muscat jaċċetta li jiltaqa' mal-familja Caruana Galizia dwar l-inkjesta pubblika

Repubblika jisħqu li l-familja qatt ma kienet ikkonsultata jew infumata dwar l-investigazzjoni fil-qtil ta' Daphne sentejn ilu u jġibu fid-dubju l-kredibilità ta' Ian Refalo ...

Il-PM Joseph Muscat se jiltaqa' mal-familja Caruana Galizia
Il-PM Joseph Muscat se jiltaqa' mal-familja Caruana Galizia

Il-PM Joseph Muscat aċċetta li jilgtaqa' mal-familja Caruana Galizia wara li l-istess familja staqsiet biex issir din il-laqgħa. Il-familja għamlet din it-talba ftit wara li kienet mħabbra inkjesta pubblika u indipendenti mill-gvern. 

Fl-istqarrija l-familja, filwaqt li esprimiet sodisfazzjon li l-eks Imħallef Michael Mallia se jkun qed imexxi l-inkjesta "bħalma nies ta' rieda tajba ilhom isejħu biex jiġri minn meta nqatlet mara u omm." Qalu wkoll illi l-bord għandu jkollu iktar membri mingħajr l-ebda konnessjoni finanzjarja jew politika mal-amministrazzjoni preżenti. 

"Il-bord ma jkunx kredibbli jekk il-pubbliku jkollu raġuni biżżejjed biex jiddubita l-indipendenza jew l-imparzjalità tal-membri tal-bord." 

Il-familja qed titlob biex tiltaqa' mal-PM biex tiddiskuti dawn il-materji kemm jista' jkun malajr. 

'Ian Refalo jirrappreżenta lill-FIAU, lil Adrian Hillman u lit-Technoline' - Repubblika

Intant anke Repubblika rreaġixxew u prattikament ġabu fid-dubju kull wieħed mill-membri magħżulin mill-Gvern għall-inkjesta filwaqt li qalu illi hija ferm inkwetanti li l-familja ma kinitx ikkonsultata dwar l-għażla ta' dawn l-istess membri.

Filwaqt li jammettu illi l-Professur Ian Refalo huwa kompetenti jfakkru li hu jirrappreżenta lill-FIAU, "li kellu (l-FIAU) r-reputazzjoni tiegħu mkissra grazzi għall-ġurnaliżmu formidabbli ta' Caruana Galizia. Repubblika jfakkru illi Caruana Galizia esponiet in-nuqqas ta' rieda biex tiġġieled kontra l-ħasil tal-flus, tant li kellha wkoll tkun skrutinizzata mill-Awtorità Ewropea tal-Banek. Fakkru wkoll kif Refalo jirrappreżenta lill-FIAU fil-każ kontra Jonathan Ferris, "whistleblower mhux rikonoxxut mill-Gvern u mkeċċi mill-aġenzija li hija klijent ta' Refalo."

Repubblika jfakkru wkoll illi Refalo għandu lil Adrian Hillman bħala wieħed mill-klijent u jfakkru illi dan kellu "relazzjoni korrotta maċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-PM Keith Schmebri."

Jgħidu wkoll illi l-kumapnija Technoline hija klijent ta' Refalo. 

Dwar Anthony Abela Mediċi, Repubblika jgħidu illi l-għarfien tiegħu ftit li xejn għandu x'jaqsam mal-materja tal-inkjesta, filwaqt li dwar Mallia fakkru li dan diġà kien parti mill-investigazzjoni krrimali u allura hija stramba "wara li l-PM kien ilu jgħid li ż-żewġ inkjesti m'għandhomx jidħlu f'xulxin. 

"Mhux kuntenti li l-Gvern dam kważi sentejn biex isejjaħ din l-inkjesta u għamel dan biss wara r-rabja u l-prospett tat-tielet kundanna mill-Qrati."

"Il-qraba ta' kwalunkwe qtil, aħseb u ara ta' dan il-qtil, jixraqilhom bil-wisq aħjar mill-istat. F'dawn is-sentejn qatt ma ngħatat informazzjoni mill-pulizija, l-ebda informazzjoni mill-uffiċċju tal-prosekutur u l-ebda komunikazzjoni,ħlief dak li qal il-PM fil-pubbliku, lill-familja." 

"Din il-politika ta' indifferenza lejn familja li għadha f'luttu qed tikber grazzi għal kampanja ta' mibgħeda mmexxija mill-PM innifsu li jitratta lill-familja ta' Daphne daqslikieku kienu huma l-aggressuri tal-att."

More in Politika