It-Taljani jgħidu li 90 immigrant għandhom jidħlu Malta ... l-AFM ma jaqblux

It-Taljani jridu lil Malta tieħu 90 immigrant salvati minnhom, imma l-Maltin jgħidu li l-eqreb port sigur kienet Lampedusa

Rapporti fuq il-midja Taljana qed jgħidu illi 90 immigrant se jkunu qed jiddaħlu Malta għax dawn ġew salvati fiż-żona ta' Tiftix u Salvataġġ ta' Malta. 

Rapport fuq La Repubblica jgħid illi l-Gwardjani tal-Kosta Taljani ħarġu jsalvaw lil dawn id-90 immigrant li kienu fuq dgħajsa illi fiha kien dieħel l-ilma. Ir-rapport jgħid b'ċertezza illi dawn se jiddaħħlu Malta. 

Uffiċjali tal-Forzi Armati qed ikunu rrapportati jgħidu li l-aktar port sigur viċin kienet Lampedusa u allura kellhom jinġabru mit-Taljani.

More in Politika