Żewġ żgħażagħ arrestati malli waslu Għawdex ... fuqhom ammonti sostanzjali ta' kokaina

L-investigazzjoni tal-Pulizija ghada għaddejja u raġel minnhom mistenni jitressaq b'arrest għada 

Iktar ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wasslet għal suċċess ieħor.  Ilbieraħ f’Għawdex ġew arrestati żewġt irġiel ta' 21 u 23 sena residenti r-Rabat u l-Munxar, Għawdex, rispettivament. 

L-irġiel ġew arrestati mal-wasla tagħhom b’vettura l-Imġarr, Għawdex wara sejba ta’ ammont sostanzjali ta’ qratas bi droga suspettata kokaina li juru li ma kinitx għall-użu personali tagħhom, kif ukoll affarijiet oħra relatati mal-abbuż u t-traffikar tad-droga.

Il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini LL.D ġie infurmat bis-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjoni tal-Pulizija ghada għaddejja u raġel minnhom mistenni jitressaq b'arrest għada ġewwa l-Qorti t'Għawdex. 

More in Politika