Il-Forzi Armati jevakwaw mara tqila minn fuq il-bastiment Ocean Viking

Abbord dan il-bastiment hemm 83 immigrant

Ilbieraħ tard waranofsinhar, il-Forzi Armati ta' Malta rċevew talba ta' għajnuna minn fuq il-basiment Ocean Viking.

Il-Forzi Armati fil-fatt evakwaw mara tqila li kellha bżonn attenzjoni medika urġenti.

Il-mara tinsab rikoverata fl-Isptar Mater Dei.

Abbord dan il-bastiment hemm 83 immigrant. Bħalissa dan jinsab bejn Lampedusa u Malta.

Fl-aħħar jiem, il-Forzi Armati evakwaw għadd ta' immigranti minn fuq il-bastiment Alan Kurdi li issa daħal Malta.

More in Politika