Titjira tal-Air Malta se tittardja bi kważi 17-il siegħa

Ajruplan jintlaqat minn sajjetta u membri tal-ekwipaġġ ma jirrapportawx għax-xogħol għax ma jifilħux

Titjira tal-Air Malta lejn Palermo ttardjat bi kważi 17-il siegħa.

Jidher li l-passiġġiera laħqu waslu fl-ajruport għax ma ġewx infurmati qabel b’dan id-dewmein.

It-titjira KM662 kellha titlaq mill-ajruport ta’ Malta fil-5.30am iżda issa jidher li l-ħin skedat għat-titjira huwa issa l-10pm.

Titjira oħra li kellha tħalli Palermo għal Malta u li kellha titlaq fis-7.10am issa hija skedata li tasal Malta għall-11.35pm.

Kelliem tal-Air Malta qal li l-flotta esperjenzat sfidi fuq żewġ ajruplani, fosthom għax wieħed minnhom intlaqat b’sajjetta.

Xi ħaddiema oħra tal-ekwipaġġ ma daħlux għax-xogħol għax irrapportaw li ma jifilħux.

More in Politika