Alfred Sant jitlob spjegazzjoni mill-UE dwar il-proposta ta' Facebook li tniedi munita virtwali

Sant wissa dwar kunflitti ta’ interess serji li jista' jkun minn din il-proposta

L-eks Prim Ministru u l-Ewroparlamentari Alfred Sant talab spjegazzjoni mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar proposta mill-Facebook biex tniedi munita virtwali.

Sant għamel din it-talba waqt li kien qiegħed jitkellem fiskambju ta’ fehmiet bejn il-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u Mika Lintilä, Ministru tal-Finanzi tal-Finlandja, il-Presidenza attwali tal-UE.

Alfred Sant saħaqli peress li Facebook hi intrapriża globali u għandha biljuni ta’ kuntatti u klijenti, il-proposta tagħha biex tniedi munita virtwali hi maqtugħa mill-prattika dwar il-ħolqien ta’ muniti bħala arranġament li normalment tkun responsabbiltatal-istat.

Santtkellem dwar dawk li sejħilhom bħala “l-kunflitti ta’ interess reali u potenzjali” f’din il-proposta 

Kompla jgħid lil-operat tas-sistema proposta li taffettwa l-integrità tal-arranġamenti tal-banek ċentrali għadha mhix magħrufa u l-Unjoni Ewropea għandha tieħu pożizzjoni fuq il-kwistjoni.

Waqt l-intervent Alfred Sant tkellem ukoll dwar ix-xenarju tal-ekonomija Ewropea fejn qal li għalkemm din baqgħet immarkata minn livelli baxxi ta’ inflazzjoni u tkabbir ekonomiku, il-politika monetarja ġiet applikata għal miri differenti.

Innota li l-Istati Uniti kompliet tesperjenza perjodu bla preċedent ta’ tkabbir ekonomiku filwaqt li nediet gwerra kummerċjali li minnha l-Ewropa kienet qed tiddgħajjef.

Huwaqal li fil-politiki tal-UE speċjalment fiż-żona tal-euro, ir-regoli applikati fil-politika fiskali kienu, fost l-oħrajn, ġejjin mis-sitwazzjoni li kienet teżisti aktar minn erbgħin sena ilu.

“Imma s-sitwazzjoni issa hija differenti għal kollox. Ir-regoli li tfasslu dakinhar biex jiġġieldu dik is-sitwazzjoni illum m’għadhomx jagħmlu sens. Madanakollu dawn xorta jorbtu lill-istati membri tagħna ħafna iktar milli jagħmlu dawk li japplikaw fl-Istati Uniti li hi repubblika federali” temm jgħid Sant.

More in Politika