It-turiżmu żdied, imma n-nies fil-lukandi naqsu - l-MHRA tistaqsi fejn hu l-pjan

L-MHRA tinsisti illi eluf ta' operaturi ta' akkomodazzjoni privata għadhom qed joperaw bla permess ... 

Sondaġġ tal-MHRA juri illi minkejja żieda fin-numru ta' turisti illi ġew pajjiżna, ta' 4.6%, fit-tieni kwart tas-sena naqsu b'2.6% dawk li qagħdu f'lukanda meta ġew għal vaganza f'pajjiżna. Dan filwaqt li dawk li qagħdu f'akkomodazzjoni privata, mikrija żdiedu b'13%.

L-MHRA innutat kif minkejja li n-numru ta' sodod fil-qasam tal-akkomodazzjoni privata mikrija tgħodd għal 18,000 "eluf oħrajn ikomplu joperaw kontra l-liġi. Dawn mhumiex liċenzjati mal-Awtorita Maltija tat-Turiżmu (MTA), ma jħallsux VAT, ma jħallsux taxxa u qed jiksru l-liġijiet ta-kompetizzjoni u tal-konsumatur. 

 L-MHRA qalet illi bħal pajjiżi oħrajn l-idustrija qed tbati mill-konsegwenzi ta' sfidi li jġib is-suċċess. 

Il-President tral-MHRA Tony Zahra qal illi llum is-sitwazzjoni hija waħda li tirrikjedi mmaniġġjar tas-suċċess "biex ikollna industrija sostenibbli."  Huwa fakkar li l-ebda futur mhu garantit u rridu nkomplu naħdmu għas-suċċess.

"Erba' xhiur biss għal-2020 u żewġ dokument importanti tal-politika tal-Gvern fit-turiżmu jgħaddi żmien minn fuqhom u m'aħniex qed naraw estensjoni, tibdil jew politika u pjanijiet. Pjan u politika serja u professjonali ma taqax mis-sema, imma teħtieġ xhur ta' konsultazzjoni, abbozzi u approvazzjoni."

 

More in Politika