Il-PD jipproponi li jsir att kriminali li tfittex jew tmur ma' prostituta

Il-PD jgħid illi għandu jkun l-klijent li jikser il-liġi meta jmur mal-prostituta, mhux il-prostituta

Il-Partit Demokratiku qal illi hu kontra l-legalizzazzjoni tal-prostituzzjoni u fakkar illi b'aċċessiblità dejjem tikber għal briedel mhux liċenzjati, ħwienet tal-massaġġi, prostituzzjoni fit-triq u gentleman's clubs, dan sar negozju. 

"Li mara tkun oġġettifikata u n-normalizzazzjoni tax-xiri u l-bejgħ tas-sess jheddu l-valuri morali Maltin. Il-prostituzzjoni huwa stupru bil-ħlas u skjavitù," sostna d-Deputat u Kap tal-PD Godfrey Farrugia.

Il-PD qed jisħaq li: Issir att kriminali li persuna tfittex il-prostituzzjoni u tkun dikriminalizzata l-prostitut/a biex jitrwaqqaf it-traffikar, li ssir kampanja ta' edukazzjoni u għarfien, li l-abbuż sesswali fuq it-tfal għandu jkun penalizzat bil-qawwi u għandhom ikunu żviluppati strateġiji biex prostituti jsibu impjieg alternattiv u adegwat. 

 

More in Politika