'Poġġu r-responsabilità fuq it-traffikant u l-klijent mhux fuq il-vittma'

Il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa tisħaq illi r-responsabilità tal-prostituzzjoni għandha tkun fuq it-traffikant u l-klijent mhux fuq il-vittma

Il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa, filwaqt li esprimiet sodisfazzjon illi l-Gvern qed jindirizza il-kwistjoni ta' traffikar tal-bniedem u l-prostituzzjoni, esprimiet ukoll id-diżappunt tagħha illi fir-riforma proposta lbieraħ ir-responsabilità għadha qed taqa' fuq il-prostitut/a. 

''Anke l-attentat ta' għajnuna psiko-soċjali u legali lill-vittmi, li qed isir b'intenzjoni tajba, titfa' r-responsabilità fuq il-vittmi. L-appoġġ huwa bżonnjuż u neċessarju, imma mhux se jwaqqaf l-abbuż,'' sostniet il-Fondazzjoni. 

L-istqarrija tkompli tgħid illi dak li hemm bżonn huwa liġijiet  u politika li se jnaqqsu d-domanda u jpoġġu r-responsabilità fuq it-traffikant u fuq min qed jixtri s-servizz. 

Huma esprimew is-sodisfazzjon tagħhom illi l-gvern qed jindirizza dawn il-kwistjonijiet flimkien għax fakkru li l-prostituzjoni u t-traffikar tal-umani huma marbutin ma' xulxin

 

More in Politika