L-MGA b'dipartiment li se jiġġieled il-manipalazzjoni fil-kompetizzjonijiet sportivi

Id-dipartiment se jaħdem fuq inizjattivi biex jagħmilha aktar faċli li wieħed jirrapporta każijiet dwar imħatri illegali dwar logħob sportiv

L-Awtorità għal-Logħob ħabbret li waqqet Dipartiment ġdid li se jkun qed jaħdem favur l-integrità fl-isports bil-għan li tiżdied l-attenzjoni u r-riżorsa fil-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tal-kompetizzjonijiet sportivi.

L-irwol ta’ dan id-Dipartiment se jkun li jiġbor informazzjoni dwar logħob u mħatri suspettużi u se jkun il-pont bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet regolatorji Maltin u barranin, u aworitajiet oħra ta’ infurzar.

Apparti minn hekk, b’ħidma ma’ dipartimenti oħra, se jkun qed jimplimenta diversi inizjattivi, fosthom biex ikun aktar faċli li jiġu rrappurtati każijiet ta’ mħatri illegali dwar logħob sportiv.

Id-dipartiment se jkun immexxi minn Antonio Zerafa li ilu erba’ snin jaħdem fi ħdan l-Awtorita fosthom fid-Dipartiment għall-Infurzar.

Kul min ikollu bżonn jagħmel kuntatt ma’ dan id-dipartiment jew inkella jirrapporta xi każ jista’ jibgħat imejl fuq sportsintegrity.mga@mga.org.mt

More in Politika