'Pajjiżna għandu l-irwol li jgħin u jsalva mhux li jgħabbi lil dan il-pajjiż b’eluf ta’ immigranti'

Justin Schembri qal li Salvini 'qiegħed jieqaf għat-traffikar illegali ta' nies vulnerabbli' 

Il-kandidat Nazzjonalista Justin Schembri ddefenda bil-qawwa kliemu li sostna illi qed jipi interpretat lil hinn mill-kuntest u sinjifikat tiegħu "għal diversi skopijiet." 

F'kitba fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook huwa reġa' faħħar l-azzjoni ta' Matteo Salvini li f'titlu ta' storja fuq is-sit stess qal; illi kemm idum Ministru hu, ħadd ma jidħol l-Italja jekk bla permess. 

"Ir-referenza tiegħi għal Salvini turi biss ammirazzjoni għall-fatt li huwa politikant li qiegħed jieqaf għat-traffikar illegali ta’ nies vulnerabbli u għalhekk qiegħed iħares l-interess nazzjonali Taljan minkejja l-pressjoni tal-UE," sostna Schembri 

"L-opinjoni personali tiegħi hija s-sentiment ta’ ħafna Maltin bħali irrispettivament il-kulur tal-politika tagħhom. Fl-ebda mument ma għamilt referenza li l-ħajja tal-bniedem f’diffikultà ma għandhiex tingħata l-għajnuna," iċċara Schembri. Huwa jikkwwota artiklu li kiteb fuq il-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista u jgħid li, “irridu nieħdu deċiżjonijiet iebsa li jissalvagwardjaw lil Malta akkost ta’ kollox għaliex pajjiżna għandu l-limitazzjonijiet tiegħu…Pajjiżna għandu jieħu l-irwol li jgħin, li jsalva, imma mhux li jgħabbi lil dan il-pajjiż b’eluf u eluf ta’ immigranti, ġejjin mil-liema pajjiż ġejjin...”.

"Bl-ebda mod qatt ma kkummentajt favur il-politika tiegħu b’mod speċjali dik li jħalli n-nies fil-baħar," ċċara Schembri

"L-appell tiegħi huwa biss biex l-awtoritajiet Maltin u dawk kollha li jmexxu lil pajjiżna jifhmu aktar x’għandha tkun il-politika li sservi l-interess nazzjonali u biex dawn l-istess mexxejja jkunu ta’ statura akbar – bħalma kienu l-mexxejja l-kbar ta’ pajjiżna fil-passat." 

Schebmri kien taħt attakk minn diversi kummenti, mill-PN stess, b'uħud saħansitra jgħidu li Schembri għandu jirtira kliemu u oħrajn bħal Beppe Fenech Adami u Alex Perici Calascione jikkwotaw il-valuri tal-partit dwar id-drittijiet tal-bniedem. 

More in Politika