IL-PD jappella biex Malta thedded li timblokka ftehim kummerċjali mal-Brażil dwar l-Amażon

Stati-Gżejjer huma partikolarment vulnerabbli għat-tibdil fil-klima. Hemm bżonn li Malta tagħmel il-parti tagħha biex tilqa’ għal din l-emerġenza ta’ bidla fil-klima - PD

Nirien li qed jeqirdu lill-Amażon | Ritratt ta' Euronews
Nirien li qed jeqirdu lill-Amażon | Ritratt ta' Euronews

Il-Partit Demokratiku qed isejjaħ biex Malta tieħu rwol ewlieni u tipproteġi l-Amażonja billi tissieħeb ma’ Franza u l-Irlanda u thedded li timbblokka l-ftehim kummerċjali tal-EU milli jgħaddi. Il-ftehim jikkommetti lill-Brazil biex tilħaq il-miri tal-Ftehim dwar il-Bidla fil-Klima ta’ Pariġi, "imma l-Amażonja bħalissa tinsab taħt assedju mill-Presidenza ta’ Jair Bolsonaro," sostna l-PD.

“Stati-Gżejjer huma partikolarment vulnerabbli għat-tibdil fil-klima. Hemm bżonn li Malta tagħmel il-parti tagħha biex tilqa’ għal din l-emerġenza ta’ bidla fil-klima."

 Il-Partit Demokratiku sejjaħ lill-Prim Ministru Joseph Muscat, biex jibgħat messaġġ car lill-Brazil biex tipproteġi dak li fadal mill-Amażonja. "Minn mindu ħa l-poter il-President il-ġdid tal-Brazil, Jair Bolsonaro, f’Jannar li għadda, ir-rata ta’ diforestazzjoni żdiedet b’aktar minn 60%, minn bejn wieħed u ieħor 488 kilometri kwadri f’Ġunju 2018 għal aktar minn 769 kilometri kwadri fl-2019. Kull minuta, l-Amażonja titlef art daqs grawnd u nofs tal- futbol. Dan mingħajr ma titqies l-qerda li qed jagħmlu n-nirien, probabbilment imqabbdin mill-bnedmin, li qed jeqirdu l-foresta tropikali,” stqarr id-Deputat tal-PD Godfrey Farrugia.

More in Politika