356 immigrant se jiddaħħlu Malta imma l-Gvern jaċċerta li kollha se jkunu rilokati

Malta taqbel li ddaħħal 356 immigrant f'pajjiżna imma tgħid li ħadd minnhom mhu se jibqa' Malta għax se jkunu rilokati

Wara diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea Malta qablet li ddaħħal it-356 immigrant li jinsabu fuq l-Ocean Viking, imma fi stqarrija l-Gvern qal li l-ebda wieħed/waħda minn dawn l-immigranti mhuma se jibqgħu Malta u se jkunu rilokati fi Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Lussemburgu, l-Portugal u r-Rumanija. 

Il-Gvern sostna li fil-ġranet li ġejjin, aktar persuni li tniżżlu f'Malta, taħt arranġamenti oħrajn se jmorru għand Stati Membri oħrajn, skont kif dawn kienu wegħdu. 

"Malta hija kommessa li tkun membru tal-UE proattiv u li tkun parti minn soluzzjoni pragmatika," qal il-Gvern. 

 

More in Politika