Żagħżugħ jinħaraq waqt li kien qed ibiddel ċilindru tal-gass

Iż-żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi

Żagħżugħ ta’ 25 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li sofra xi ħruq.

Il-każ seħħ ftit wara l-ħdax, f’residenza fi Triq is-Sibbien f’Wied il-Għajn.

Jirriżulta li ż-żagħżugħ Sirjan kien qiegħed ibiddel iċ-ċilindru tal-gass meta fjamma telgħet għalih.

Huwa ttieħed immedjatament Mater Dei.

More in Politika