Cassola jitlob lil Hyzler jinvestiga s-salarji tas-Segretarji Parlamentari

Cassola talab lil Hyzler jinvestiga kif is-somma telgħet minn €42,000 għal aktar minn €60,000 f'ħames snin

Il-Professur Arnold Cassola kiteb lill-Kummissarju għall-Istandards biex jinvestiga s-sitwazzjoni tal-paga tas-Segretarji Parlamentari.

Fl-ittra tiegħu lil George Hyzler, Cassola saħaq li ma jistax jifhem kif minkejja li s-salarju ta’ Segretarju Parlamentari suppost huwa dak ta’ €42,000 fis-sena, kien hemm min iddikjara ‘il fuq minn €60,000 f’salarju matul l-2018.

Cassola qed jitlob lil Hyzler jinvestiga:

  • kif is-somma telgħet minn €42,000 għal aktar minn €60,000;
  • kif ma tħabbar xejn dwar din iż-żieda mill-Gvern;
  • Għal-liema raġuni kollox inżamm mistur; u
  • X'inhi l-ġustifikazzjoni dwar din iż-zieda.

Cassola talab ukoll lil Hyzler jispjega jekk hemm lok li jittieħdu passi kontra min awtorizza din iż-żieda.

More in Politika