Farrugia jisħaq li hemm bżonn azzjoni u reazzjoni dwar l-immigrazzjoni

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia kiteb lill-ambaxxatur Sergio Piazzi; Segretarju Generali tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran 

Is-Seg. Parlamentari Aaron Farrugia
Is-Seg. Parlamentari Aaron Farrugia

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia kiteb lill-ambaxxatur Sergio Piazzi; Segretarju Generali tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran fejn wera d-diżappunt tiegħu li ma kien hemm ebda reazzjoni għal dak li qed jiġri fil-Mediterran. Hu sostna li la l-Assemblea u anqas l-Unjoni tal-Mediterran ma kitbu jew urew sinjal għal dak li għaddej fil-Mediterran fir-rigward tal-kwistjoni tal-immigrazzjoni. Talab li mhux biss jistenna reazzjoni izda jsostni li din għandha tkun fuq nett tal-agenda; mhux biss aktar seminars iżda wkoll ‘working groups’ speċjalizzati li jippromovu tibdil fil-politika tal-ażil.

Farrugia ħeġġeg lil sħabu taż-żewg naħat tal-kamra, membri wkoll fil-PAM u fl-Unjoni tal-Mediterran biex jappoġġjaw dan is-suġġeriment. Enfasizza li dawn l-istituzzjonijiet huwa f’pożizzjoni importanti li biha jistgħu jgħinu. "Il-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq għandhom jerfgħu responsabilitajiet tagħhom apparti li huma wkoll parti mis soluzzjoni, " temm jgħid. 

More in Politika