L-UNHCR titlob lill-mexxejja Ewropej jilqgħu 500 immigrant, bħalissa bejn sema' u ilma

Il-UNHCR qalet illi issa l-mexxejja Ewropej iridu jbiddlu s-sentimenti ta' xokk, f'azzjoni ...

IL-UNHCR titlob lill-gvernijiet Ewropej jieħdu azzjoni
IL-UNHCR titlob lill-gvernijiet Ewropej jieħdu azzjoni

Il-UNHCR talbet lill-Gvernijiet Ewropej biex jippermettu d-diżembarkazzjoni ta' 507 immigranti li kienu salvati fiċ-ċentru tal-Mediterran. 

Fi stqarrija l-UNHCR qalet illi bosta minn dawn huma persuni salvaw abbużi diżgustanti fil-Libja u jeħtieġu assistenza umanitarja, b'uħud diġa jitolbu protezzjoni internazzjonali. 

"Din hija tiġrija kontra l-ħin' qal Vincent Cochetel mill-UNHCR. "Ġejjin il-maltempati u l-kundizzjonijiet jeħżienu jistgħu. Li tħalli nies li qed jaħarbu mill-gwerra u l-vjolenza fil-Libja fuq il-baħar,  tfisser biss aktar tbatija għalihom. Għandhom immedjatament jitħallew fil-port u jirċievu għajnuna umanitarja." 

151 persuna jinsabu fuq l-Open Arms waqt li 356 persuna oħra kienu salvati mill-Ocean Viking. 

Il-UNHCR fakkret illi ħafna mexxejja Ewropej esprimew xokk għall-mewt ta' 50 persuna li inqatlu f'Tajoura l-Libja wara attakki mill-ajru u 150 oħrajn li mietu wara li għereq vapur li kienu fuqu. "Dawn is-sentimenti issa jridu jkunu mibdula f'solidarjetà, billi dawn jingħataw aċċess għat-territorju (Ewropew) u jibdew peoċeduri dwar ażil."

More in Politika