Il-PN jistaqsi: Hemm fejn tasal aktar meta l-Ministru għall-ERA jivvota kontriha u jimminaha?

Il-Kelliem għall-Ambjent tal-PN Jason Azzopardi jirrimarka illi dan il-permess qed jingħata fid-distrett tal-Ministru Ian Borg

Josè Herrera
Josè Herrera

Fi stqarrija l-Oppożizzjoni Nazzjonalista rrimarkat kif il-Ministru Josè Herrera, li huwa reposnsabbli mill-ERA, ivvota favur żvilupp partikolari f'Ħad Dingli fiż-żona magħrufa bħala Ta' Kalċ, fil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u l-Ippjanar. 

"Minkejja l-oġġezzjonijiet u r-riżervi tal-Oppożizzjoni, tal-għaqdiet ambjentali u anke tal-istess ERA, il-Gvern, inkluż il-Ministru Herrera ivvota favur iktar żvilupp, eżatt kif riedet l-Awtorità tal-Ippjanar li jseħħ fid-distrett elettorali tal-Ministru Ian Borg li hu responsabbli mill-Awtorità tal-Ippjanar," sostna l-Kelliem Nazzjonalista għall-Ambjnent Jason Azzopardi. 

"Hemm fejn tasal aktar meta l-Ministru għall-ERA jivvota kontriha u jimminaha fil-Kumitat tal-Ambjent fil-Parlament?" temm jistaqsi. 

 

 

More in Politika