Se jibda l-proċess biex ċittadin Malti misjub ħati bi frodi titteħidlu ċ-ċittadinanza

Mustafa Abdel-Wadood kien kiseb iċ-ċittadinanza Maltija u nstab ħati b’miżaproprijazzjoni ta’ flus fl-Istati Uniti

L-awtoritajiet Maltin bdew il-proċess biex Mustafa Abdel-Wadood titteħidlu ċ-ċittadinanza Maltija li huwa kiseb taħt il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment u dan wara li nstab ħati b’miżaproprijazzjoni ta’ flus fl-Istati Uniti.

Kelliem għall-IIP Malta qal lil Malta Today li flimkien mas-Segretarjat Parlamentari u anke Identity Malta, bdiet il-proċess biex Abdel-Wadood titteħidlu ċ-ċittadinanza

Abdel-Wadood, li għandu 49 sena, u li huwa l-eks Kap Eżekuttiv ta’ Abraaj Group wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, fosthom li ffroda miljuni ta’ dollari permezz ta’ skema.

Huwa għandu wkoll ċittadinanza Eġizjana.

Flimkien miegħu, ħames uffiċjali oħra tal-istess kumpanija qed ikunu investigati dwar dan il-frofi.

Huwa kien arresat f’April li għadda waqt li kien fuq btala mal-mara u t-tifel tiegħu.

Skont il-liġi Maltija, kwalunkwe persuna li tkun ingħatat iċ-ċittadinanza u fi snin seba’ snin jeħel aktar minn 12-il xahar ħabs, tkun tista’ titteħdilha ċ-ċittadinanza.

Madanakollu, jekk dan iseħħ, il-Ministru responsabbli jkun irid jassugra li l-persuna ma tispiċċax bla stat meta ċ-ċittadinanza Maltija titneħħa.

Qabel isir dan, il-Ministru jkun irid jikteb lil Abdel-Wadood biex jinfurmah bid-deċiżjoni.

Min-naħa tiegħu, Abdel-Wadood ikollu dritt għal inkjesta quddiem il-Kumitat tal-Inkjesta, responsabbli mit-tneħħija taċ-Ċittadinanza Maltija u li hu mmexxi mill-Imħallef Emeritu Philip Sciberras.

More in Politika