150 persuna maħsuba mejta fil-Mediterran

Skont l-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda għar-Refuġjati dgħajsa mimlija immigranti għerqet u magħha x'aktarx niżżlet 150 persuna

Madwar 150 persuna huma maħsuba mejta wara nawfraġju li seħħ ftit ‘il barra mill-Kosta Libjana.

Skont l-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda għar-Refuġjati, madwar 150 persuna oħra ġew salvati minn sajjieda.

Dawn twasslu lura l-Libja mill-gwardji tal-kosta.

Mhux magħruf jekk l-immigranti kinux fuq żewġ dgħajjes jew le.

X’aktarx li dawn telqu minn Khoms, madwar 120n kilometru lil hemm minn Tripli.

Fl-ewwel erba’ xhur tal-2019, madwar 164 persuna tilfu ħajjithom fil-Mediterran.

More in Politika