Kważi 81,000 passiġġier aktar fuq cruises fil-port fit-tieni kwart tal-2019

L-akbar numri ta' passiġieri kienu mill-Ġermanja, r-Renju Unit, l-Italja u Franza

Żieda fil-passiġġieri tal-cruises fit-tieni kwart tas-sena
Żieda fil-passiġġieri tal-cruises fit-tieni kwart tas-sena

Fit-tieni kwart tas-sena 2019 b'kollox daħlu 130 cruise f'pajjiżna, żieda ta' 27 meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra. 

Bħala medja kull vapur ġarr 2,028 passiġġier, jew 253 iktar mis-sena ta' qabel. B'kollox ġew 263,608 fuq cruises jew żieda ta' 44% li jammontaw għal żieda ta' 80,746. Minn dawn 23,274 niżlu fuq l-art. 

65.5% ta' dawk li ġew iżuruna bil-baħar kienu ġejjin minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, bl-akbar numri jkunu mill-Ġermanja (52,551), r-Renju Unit (49,155), l-Italja (27.704) u Franza (14.072). 

It-total tal-passiġġieri minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea laħqu t-total ta' 90,966, b'43% li ġew mill-Istati Uniti. 

Fuq bażi ta' ġeneru l-maġġoranza tal-passiġġiera kienu nisa (54.3%) filwaqt li l-akbar persentaġġ ta' passiġġieri kienu dawk bejn is-60 u d-79 sena. 

More in Politika