Il-ħalib ta-Benna se jogħla b'10ċ minn nhar it-Tnejn li ġej

L-MDP tgħid li din iż-żieda qed issir biex ikunu sostnuti r-raħħala 

Il-ħalib se jogħla minn nhar it-Tnejn
Il-ħalib se jogħla minn nhar it-Tnejn

Il-Malta Dairy Products Ltd. (MDP) ħabbret li se tgħolli l-prezzijiet tal-ħalib tal-Benna minn nhar it-Tnejn 29 ta' Lulju. 

Dan huma t-tibdiliet fil-prezzijiet: 

 Whole Milk 1L minn €0.86 għal € 0.96

Milk 2.5% fat 1L minn €0.83 għal € 0.94

Skimmed Milk 1L minn €0.81 għal € 0.92

Lactose Free Milk 1L minn € 1.10 għal € 1.15

Whole Milk ½ L minn €0.49 għal € 0.56

Milk 2.5% fat ½ L minn €0.47 għal €0.54 Skimmed

Milk ½ L minn €0.46 għal €0.52

Lactose Free Milk ½ L minn €0.63 għal €0.65 

Fl-istqarrija l-MDP qalet illi l-aġġustament fil-prezz tal-ħalib frisk Benna f’dan l-istadju huwa neċessarju sabiex insostnu l-għajxien tar-raħħala tal-ħalib li bbenefikaw minn żieda fil-prezz għall-ħalib frisk tagħhom. Dan l-aġġustament se jkun qed isostni wkoll il-bdiewa li jkabbru l-magħlef fuq 39.3% u 68.8% tal-art li tinħadem ġewwa Malta u Għawdex rispettivament u l-ħaddiema involuti fil-produzzjoni tal-ħalib, kif ukoll jassigura li l-konsumaturi jibqgħu jirċievu prodott tal-aqwa kwalita`. Min-naħa tagħha, Malta Dairy Products Ltd. qed tillimita l-aġġustament fil-prezz tal-ħalib frisk tagħha għal mhux aktar miż-żieda ġenerali fil-prezzijiet tal-ikel kif maħruġa mill-Eurostat tul dawn l-aħħar seba’ snin u se tkompli tespandi l-firxa ta’ prodotti fis-suq sabiex taqdi l-bżonnijiet u l-gosti tal-konsumaturi li dejjem jinbidlu."

More in Politika