'Minkejja sena ta' sfidi Malta rnexxiela tkabbar is-settur tas-servizzi finanzjarji'

Is-settur tas-servizzi finanzjarji ħaddem mat-12,000 persuna li jfisser li noħolqu 1,000 impjieg ġdid is-sena li għaddiet

Fi stqarrija s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri esprima sodisfazzjon għar-riżultat ppublikati fir-rapport annwali tal-Awtorità Maltija għas- Servizzi Finanzjarji u r-Rendikonti Finanzjarji għas-sena finanzjarja sal-31 ta’ Diċembru 2018.

“Minkejja li s-sena li għaddiet kienet sena li kienet ta’ sfida għas-settur tas-servizzi finanzjarji fuq livell internazzjonali, Malta rnexxiela tikkonsolida u tkompli tkabbar din l-industrija b’modsinifikanti u notevoli. Fil-fatt, kif jixhdu r-riżultati, is-settur tas-servizzi finanzjarji ħaddem mat-12,000 persuna li jfisser li nħolqu 1,000 impjieg ġdid is-sena li għaddiet,” qal is-Segretarju Parlamentari Schembri.

Huwa spjega kif dan ir-riżultat ta’ suċċess kien possibbli grazzi għal proċess ta’ ristrutturar li beda sentejn ilu fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji li qed tinbidel f’regolatur aġli u dinamiku sabiex jirrifletti u jadatta għar-realtà tal-lum.

Fost l-oħrajn il-bidliet jinkludu s-separar mir-reġistru għall-kumpaniji, illum magħrufa bħala Malta Business Registry mill- Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, ammont konsiderevoli ta’ investiment fl-infrastruttura teknoloġika, l-ħolqien ta’ dipartimenti ġodda speċjalizzati u żieda fir-riżorsa umana u investiment fil-kapital uman,

Apparti minn hekk Schembri żvela li fiż-żmien li ġej se jkun qed jitħabbar forum konsultattiv li se jservi bħala punt għal diskussjoni bejn il-gvern, ir-regolatur u l-industrija sabiex flimkien tinbena strateġija għas-settur tas-servizzi finanzjarji għal 10 snin. "L-għan aħħari tagħna hu li nagħmlu minn Malta ċentru ta’eċċellenza għas-settur tas-servizzi finanzjarji,” qal is-Segretarju Parlamentari Schembri."

More in Politika