Sħana qalila hekk kif Malta u Ċipru jirreġistraw l-ogħla temperaturi fl-Ewropa

Mewġa ta' sħana qalila li mistennija tkompli għada wkoll 

Sħana u aktar sħana
Sħana u aktar sħana

Qed tħossha s-sħana? Tinkwetax m'intix waħdek u għandek għalfejn! Illum Malta, flimkien ma' Ċipru huma l-aktar pajjiżi sħan fl-Ewropa kollha. 

It-temperaturi saħansitra laħqu s-47˚C f'ħinijiet tal-ġurnata b'xemx taqli l-ankri u kulħadd ifittex il-frisk tal-arja kkundizzjonata tal-karozza jew fuq il-post tax-xogħol. 

Ħafna mill-kontinent Ewropew bħalissa jinsab taħt mewġa qalila ta' sħana b'partijiet minn Franza saħansitra jilħqu s-46˚C.

Is-sħana mistennija tippersisti, anke għada bl-Awtoritajiet tas-Saħħa jwissu lin-nies biex ma jkunux barra bejn il-11 am u l-4 p.m u biex persuna tixrob ħafna ilma. 

Ixorbu l-ilma
Ixorbu l-ilma

More in Politika